Nhar il-Ħamis l-1 ta' Ottubru 2026, fil-11.00am, ser issir is-seduta inawgurali fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-Sena Forensi. Isiru diskorsi tal-okkażjoni mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti LL.D., u mill-President tal-Kamra tal-Avukati, Dr Louis Degabriele LL.D.
Għal din is-seduta, li ser tinżamm fil-Qorti Kriminali, ser tattendi, fost mistiedna oħra, l-Eċċellenza Tagħha l-President ta' Malta.
Il-membri tal-istampa huma mistiedna jattendu għal din is-seduta fl-awla tal-Qorti Kriminali.